“Kważi s-siġar kollha li se jinqalgħu minn ħdejn l-Addolorata se jerġgħu jinżergħu”

sigra

Il-Ministeru għall-Ambjent qal li 87% tas-siġar li se jinqalgħu minn Vjal Santa Luċija u Triq Ħal Luqa, se jerġgħu jinżergħu x’imkien ieħor. 
Din l-istqarrija nħarġet wara diversi rapporti fil-midja li tkellmu dwar is-siġar li se jinqalgħu minn ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata. Il-Ministeru ippreċiża li se jinqalgħu 24 siġra minn Vjal Sant Luċija, filwaqt li l-161 siġra li se jitneħħew minn Triq Ħal Luqa se jinżergħu f’post ieħor. 
Biex jikkumpensa għall-24 siġra li se jinqalgħu minn Vjal Santa Luċija, il-Gvern qal li se jiżra 108 siġar f’post ieħor. 
Qal li dan kollu sar bil-permessi meħtieġa ta’ Transport Malta, u li l-Gvern jibqa’ impenjat li jħares l-ambjent.