Kważi 200 pulizija se joħorġu mis-servizz f’sentejn

Sal-aħħar tal-2020, 87 membru tal-korp tal-pulizija se jkunu għalqu 25 sena servizz fil-Korp. 100 pulizija oħra se jagħlqu 25 sena servizz sal aħħar tal-2021.

Fil-Parlament il-Minsitru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri qal ukoll li bejn Jannar u Diċembru 2020, 220 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta se jkunu għalqu 25 sena servizz. Sal-aħħar ta’ Mejju 2020, 66 membru tal-Forzi Armati ġew irrilaxxati wara li lestew il-25 sena servizz. Minn dawn il-220 membru, 18 huma uffiċjala.

Matul 2021, 217 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta se jkunu qed itemmu l-25 sena servizz. Minn dawn 22 huma uffiċjala.

Il-Ministru Bryon Camilleri ppreżenta dawn iċ-ċifri fil-Parlament bi tweġiba għall-mistoqsijiet Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.