Kważi kwart tal-importazzjoni ssir mill-Italja

F’ċifri ppubblikati mill-Eurostat juru li s-sena l-oħra, kważi kwart tal-importazzjoni ssir mill-Italja bi 23% filwaqt li 13% tal-esportazzjoni ssir mill-Ġermanja.
Iċ-ċifri juru li Malta tesporta l-aktar lejn il-Ġermanja, Franza u l-Hong Kong filwaqt li timporta l-aktar mill-Italja, l-Olanda u l-Ingilterra.
Malta flimkien mal-Ingilterra huma l-aktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li jesportaw l-aktar lill-pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea.
Dawn il-figuri juru persentaġġ mill-valur tal-kummerċ li ġie rreġistrat fl-2015.