“Konna fil-periklu li negħrqu” f’Marsalforn – missier

Ted Attard

Read in English.

Missier jirrakkonta kif it-tlett uliedu ħabbtu wiċċhom mal-mewt, meta kienu se jegħrqu f’Għar Qawqla f’Marsalforn.

Il-każ seħħ fl-1 ta’ Settembru li għadda, u l-missier xtaq joħloq għarfien bit-tnedija tal-kampanja #ripmywave.

Il-missier, Martin McDonald, stqarr li t-tifel iż-żgħir, li għandu ħames snin, imbela’ mill-mewġ ikkawżati minn kurrenti qawwija. Stqarr li dakinhar, it-temp kien sabiħ u l-baħar kien kalm, iżda f’salt wieħed żviluppa ħafna mewġ u kurrent. Barra minn hekk, qal li dan il-mewġ waqaf ħabta u sabta wara xi ħames minuti. Żewġ anzjani li kienu fuq il-post qalu lill-familja li mewġ ta’ dan it-tip mhuwiex stramb f’Għawdex; speċjalment għal nofsinhar u għal 5pm.

L-għan ta’ din il-kampanja huwa sabiex nies li jesperjenzaw avveniment ta’ mewġ irregolari, jirekordjaw dan fuq is-sit tal-kampanja. B’hekk, ikunu jistgħu jsiru studji fuq dawn il-ġrajjiet strambi u jiġu evitati inċidenti fejn nies jispiċċaw jegħrqu minħabba mewġ momentarju.

#ripmywave qiegħdha tfittex ukoll nies li jistgħu jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ monitoraġġ għar-rebbiegħa li ġejja. Organizzazzjonijiet interessati jistgħu jibgħatu imejl fuq hello@ripmywave.com.