​“Kważi għama; issajrux biż-żejt” – omm

Tifel ta’ sentejn kważi tilef id-dawl t’għajnu x-xellugija f’nirien li ħakmu l-kċina tad-dar tal-ġenituri tiegħu fir-Renju Unit. 
Teddy Mitchell sofra minn ħruq serju hekk kif ħa n-nar il-kuker li fih kienet qed tinħema l-ikla ta’ filgħaxija.
It-tifel ittieħed l-isptar immedjatament u għamel erbat ijiem ma jarax u b’wiċċu minfuħ.  Kellhom isirulu żewġ operazzjonijiet.
Omm it-tifel, li għandha 30 sena wissiet lil ommijiet biex ma jsajrux biż-żejt kif ukoll biex id-dar iżommu fire blanket f’każ ta’ emerġenza.