Id-Dwana taqbad tnejn b’€25,000 mhux dikjarati

Kważi €25,000 mhux iddikjarati nqabdu mid-Dwana f’żewġ każijiet separati l-lejl li għadda.
Id-Dwana ta’ Malta qalet fi starrija li kkonfiskat €12,000 mingħand passiġġier Malti li kien sejjer lejn it-Turkija mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fl-istess lejn qabdet €12,990 mingħand passiġġieri li kienu neżlin mill-katamaran ta’ Sqallija.
Skont il-liġi, kull persuna li tkun dieħla jew ħierġa mill-pajjiż trid tiddikjara l-flus jekk ikollha aktar minn €10,000 kontanti fuqha.
Ritratt: Arkivji