​Kważi 96,500 arma tan-nar irreġistrata f’Malta

F’Malta bħalissa hawn 96,425 arma tan-nar irreġistrata mal-Pulizija. Iktar minn nofshom, jew 55,962 arma tan-nar, huma snieter.
Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela poġġa, fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tal-armi tan-nar irreġistrati mal-Pulizija f’Malta bi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Mil-lista jispikkaw 10,553 pistola, 477 submachine gun u 501 machine gun, 11-il walking stick firearm, 3,272 air pistol u 4,765 air rifle