Kważi 70% tal-imwiet f’Malta setgħu ġew evitati

Read in English.

Skont statistika maħruġa mill-Eurostat 69.9% tal-imwiet ta’ persuni taħt il-75 sena f’Malta setgħu ġew evitati lura fl-2016. B’kollox setgħu ġew evitati 868 imwiet, b’495 minnhom setgħu kienu prevenuti u 373 oħra setgħu ingħataw trattamenti.

L-imwiet li setgħu ġew evitati jinkludu wkoll il-kawżi ta’ mewt li setgħu ġew evitati permezz ta’ intervent effettiv mit-taqsima tas-saħħa pubblika u ta’ prevenzjoni primarja. L-imwiet li setgħu ingħataw trattamenti li jinkludu interventi li setgħu saru f’waqthom u li setgħu kienu effettivi fil-kura għas-saħħa, inkluż prevenzjoni u trattamenti sekondarji.

L-ogħla rati ta’ mwiet li setgħu ġew evitati kienu rreġistrati fis-Slovenja (53.5%), l-Ungerija (51.7%) u l-Estonja (50.0%). B’kuntrast, dan kien l-iktar baxx fil-Bulgarija (35.4%), segwit minn Ċipru (39.2%) u Malta (39.9%).

L-ogħla rati ta’ mwiet li setgħu ġew ikkurati kienu rreġistrati fir-Rumanija (31.9%), is-Slovakkja (30.8%), il-Litwanja (30.1%) u Malta (30.0%). Min-naħa l-oħra, ir-rata kienet l-aktar baxxa fi Franza (19.3%), li kklassifikat qabel il-Belġju (20.5%) u d-Danimarka (21.0%).