Kważi 6,000 karta tal-identità misruqa fl-2017

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal fil-Parlament li s-sena l-oħra kien hemm 5,838 karta tal-identità misruqa u 33 distrutti jew sfigurati.

Il-Prim Ministru kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina. Fi tweġiba oħra tal-istess deputat, il-Prim Ministru qal li din is-sena kien hemm 52 persuna li kellhom il-karta tal-identità tagħhom irtirata u minflok tinħareġ oħra b’restrizzjoni ta’ safar.

Huwa qal li matul is-sena li għaddiet in-numru ta` persuna b`karta ta` identità b`restrizzjoni ta` safar kien ta`163.