​Kważi 600 ruħ jinqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali fl-2014

Is-sena li għaddiet kien hemm 592 persuna li nqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali.
Dan l-abbuż kien ifisser valur finanzjarju ta’ €3.8 miljun.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, qal dan fil-Parlament bi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.