Kważi 60 avukat ġdid jingħataw il-warrant

59 Avukat u 3 Prokuraturi Legali ngħataw il-warrant tagħhom mill-Ministru tal-Ġustizzja, Dr Chris Said.

Il-warrant tintitolahom biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom wara li ftit xhur ilu huma ggradwaw fi tmiem kors mill-Università ta’ Malta.

Għall-okkażjoni kien hemm preżenti l-Awditur Ġenerali, Il-Prim Imħallef, Il-President tal-Kamra tal-Avukati u d-direttur Ġenerali tal-Qrati ta’ Malta.