Kważi 5,000 applikazzjoni fuq żoni ODZ f’5 snin

Read in English.

4,845 applikazzjoni ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn 1 t’Awwissu 2015 u s-27 ta’ Settembru ta’ din is-sena li kienu barra miż-żona tal-Iżvilupp.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia fil-Parlament. Il-Ministru spjega li dawn in-numri jinkludu wkoll żvilupp li primarjament ikun f’żona tal-iżvilupp iżda jkollu parti żgħira mis-sit li tkun barra miż-żona tal-iżvilupp.

Il-Ministru Farrugia qal li din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awotrità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, li ġew approvati mill-Awtorità fl-aħħar ħames snin. Dawn l-applikazzjonijiet jinkludu parti mis-sit jew is-sit kollu li jinsab barra miż-żona tal-iżvilupp. 

Din l-informazzjoni ngħatat bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.

Bejn 1995 u l-2015 ġew approvati iktar minn 12,572 applikazzjoni għal żvilupp barra miż-żoni tal-iżvilupp f’Malta.