Kważi 2,000 pazjent f’Monte Karmeli fl-2019

Read in English.

Fl-2019 1,947 pazjent iddaħħlu fl-Isptar Monte Karmeli.

Din l-informazzjoni ngħatat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament.

Huwa spjega li mit-total, 350 pazjent iddaħħlu fl-isptar tas-saħħa mentali fl-aħħar xhur tas-sena.

Kull sodda tiswa bejn €121 u €1,030. L-ispiża ta’ sodda okkupata tvarja skont it-trattament mediku li jingħata l-pazjent.

Dawn id-dettalji ngħataw minn Fearne fi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari tal-Membri Parlamentari Nazzjonalisti Carmelo Mifsud Bonnici u Ivan Bartolo.