Kważi 2,000 anzjan jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani

Fil-pajjiż bħalissa hemm 1,979 anzjan li qed jistennew biex jidħlu fi djar tal-anzjani.
Il-Ministru responsabbli mis-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.
B’kuntrast, hemm biss 16-il anzjan jew anzjana li qed jistennew biex jingħataw is-servizz ta’ għajnuna fid-dar.