Kważi 10,000 pensjonant li għadhom jaħdmu

Bħalissa fil-pajjiż hemm 9,935 persuna li jirċievu l-pensjoni tal-irtirar u li baqgħu jaħdmu.
Dan skont informazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dwar persuni li minkejja l-pensjoni, jirriżultaw f’impjieg irreġistrat mal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Taħriġ.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.