Kwart tal-infezzjonijiet tal-Ebola fil-Kongo ma jiġux intraċċati

REUTERS/Baz Ratner/File Photo

Espert tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa qalet li kważi kwart tal-infezzjonijiet bl-Ebola fil-Kongo ma jiġux intraċċati jew jinstabu tard wisq.

Fl-aġġornament ta’ kull ġimgħa tal-Organizzazzjoni ntqal ukoll li bħalissa qed jintwerew sinjali bikrija li l-marda tal-Ebola qed tnaqqas mill-intensità tagħha.

Madwar 2,000 każ kienu rrappurtati li minnhom 1,350 mietu f’epidemija li bdiet f’Awwissu li għadda fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalet li din hija t-tieni l-akbar firxa tal-virus qattiel.

AQRA: 100 tifel u tifla mietu bl-ebola li faqqgħet fil-Kongo