Kwart ta’ miljun jingħataw għall-proġetti mal-foqra

Aktar minn kwart ta’ miljun ewro ngħataw lil 12-il għaqda mhux governattiva għall-proġetti biex jgħinu lill-foqra fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerka t’Isfel.
F’konferenza għall-aħabrijiet l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella qal li wħud mill-postijiet huma l-Kongo, Tanzanija, Uganda, Kenja u Gwatemala.
Il-Ministru Vella qal li Malta fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed taħdem sabiex tilħaq ftehim biex il-miri tal-Unjoni Ewropea fl-għajnuna għall-iżvilupp, ikunu konformi mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Ritratt: DOI: Kevin Abela