Kwart ta’ miljun fis-sena biex l-aġenziji jagħmlu analiżi dwar Malta

Il-Gvern iħallas medja ta’ kwart ta’ miljun euro fis-sena lil Credit Rating Agencies differenti. Il-Gvern juża’ is-servizzi ta’ dawn l-aġenziji biex janalizza l-qagħda ekonomika u finanzjarja.

Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ppubblika fil-Parlament lista ta’ pagamenti annwali li saru matul dawn l-aħħar ħames snin. Iċ-ċifri juru li l-Gvern żied in-nefqa tiegħu b’mod konsistenti f’dawn l-aħħar sitt snin minn ċifra ta’ €76,000 li tħallset fl-2013 għal €237,000 li tħallset is-sena l-oħra.