Kwareżimal (Karmen Tedesco)

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn 180C, 350F, Gas Mark 5
Ingredjenti:

  • 300gr dqiq abjad plain
  • 300gr lewż pur midħun
  • 150gr zokkor
  • Mgħarfa żejt
  • Mgħarfa kokkodina
  • Kuċċarina mixed spice
  • Kuċċarina kannella
  • Nofs kuċċarina msiemer tal-qronfol
  • 2 mgħaref ilma żahar
  • Qoxra maħkuka ta' lumija
  • Qoxra maħkuka ta' larinġa
  • 200ml ilma
  • 2 mgħaref għasel
  • 2 mgħaref lewż nkaljat

Metodu:
1. Ħallat id-dqiq maż-żejt.
2. Ħallat flimkien l-ingredjenti x-xotti u żidhom mat-taħlita tad-dqiq. Itfa' l-ilma żahar.
3. Ifforma l-għaġina f'ballun u iftaħ l-għaġina f'għamla tawwalija ta' 15-il ċentimetru.
4. Poġġihom fuq dixx tal-forn u aħmi għal 25 minuta.
5. Hekk kif toħroġhom mill-forn idlikhom bi ftit għasel u fil-wiċċ ferrex ftit lewż.
Għal aktar riċetti minn Karmen Tedesco segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm.