Kwareżimal (Anton B. Dougall)

Riċetta ta' Anton B. Dougall
Ingredjenti

  • 250gr lewż
  • 250gr zokkor
  • 240gr dqiq plain
  • 2 abjad tal-bajd
  • Ftit ilma żahar
  • Ftit ilma
  • Qoxra maħkuka ta’ larinġa
  • Ftit imsiemer tal-qronfol

Metodu
1.      Inkalja ftit il-lewż.  Trid tagħmlu ħafna attenzjoni li ma jsixr ħafna, għax inkella barra milli jiġi kulur skur; jagħmel togħma morra.  Il-kulur irid jiġi dehebi sabiħ.
2.      Ħallih jiksaħ u wara idħan tajjeb.
3.      Ġo bieqja kbira għarbel id-dqiq.  Żid il-lewż, qoxra ta’ larinġa, iz-zokkor, l-ilma żahar u l-abjad tal-bajd.
4.      Ħallat l-ingredjenti kollha sakemm it-taħlita tiġi qisha għaġina.  Jekk tara li jkun hemm bżonn żid ftit ilma biex taqgħad.  Triq tagħmel ħafna attenzjoni meta tkun qed iżżid l-ilma; għaliex din it-taħlita ma tridx tkun la iebsa ħafna u lanqas ratba żżejjed.
5.      Għaġen tajjeb.
6.      Xarrab ftit idejk u ħu biċċiet żgħar min din i-taħlita.  Iffurmahom forma ta’ blalen.  B’idejk iċċattja kull biċċa u agħtiha forma tawwalija u ħoxna.  Trid tiġi qisha biċċa zalzett.
7.      Iksi pjanċa tal-forn b’ karta tal-forn, u poġġi l-kwareżimal fuqha.
8.      Ħallihom joqgħodu għal ftit ħin.  Qabel ma ddaħħalhom fil-forn ħu sikkina bil-ponta u fil-wiċċ tagħhom għamel linji kontra xulxin b’mod li jiġu qishom kannizzata.
9.      Sajjar f’forn moderat għal jaħraq għal madwar 20-25 minuta.
10. Trid tagħmel ħafna attenzjoni li ma ssajarx iżżejjed.  Hawn ħafna li jagħmlu l-iżball li meta jaraw li l-kwareżimal ikun għadu artab iħalluħ fil-forn.  DAN HUWA ŻBALL KBIR.  Jekk tagħmel hekk u toħorġu l-kwareżimal mill-forn meta jkun iebes; tistgħu tibqgħu ċerti li meta jiksaħ ħadd ma jkun jista jieklu tant kemm ikun iebes.

Għal aktar riċetti minn Anton B Dougall segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm.