Kwarantina: “Grech m’għandux rispett lejn in-nies… xokkanti”; “Bdiet kampanija kontrija mil-Labour”

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Il-kandidat għall-Kap tal-PN Bernard Grech iddefenda ruħu mill-akkużi li ma segwiex l-kwarantina wara li l-mara tiegħu nstabet pożittiva għal Covid-19. Dr Grech ġie imniggez fuq mezzi soċjali minn żewġ ministri tal-Gvern Laburista li stqarrew li huma qegħdin kwarantina għal ħmistax il-ġurnata wara li xi ħadd viċin tagħhom ġie f’kuntatt ma’ persuna li nstabet pożittiva għal Covid-19.

Dr Grech qal li hu qatt ma tpoġġa taħt kwaratina mandatorja mill-Awtoritajiet tas-Saħħa wara minħabba l-fatt li l-mara tiegħu iżolat ruħha mill-famlija minnufih meta saret taf bil-każ tal-gym fejn tattendi.

Dan huwa r-rispett lejn n-nies li għandu Bernard Grech? – Schembri

L-ewwel ministru li kkritika lil Grech kien il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri fejn qal li ilu gimgħatejn ġewwa, jaħdem mid-dar fejn kellu jħassar l-appuntamenti kollha u jkompli bil-ħidma onlajn minħabba li segwa struzzjonijiet mogħtija lilu mid-Dipartiment tas-Saħħa peress li familjari tiegħu kellhom kuntatt ma’ persuna li nstabet pożittiva.

“Minkejja li jien u l-familja tiegħi għamilna l-Swab test u rriżulta fin-negattiv, b’responsabilita’ lejn in-nies xorta għamilna erbatax il-ġurnata kwarantina,” kompla jgħid Schembri.

Hu kkritika lil Grech u staqsih “ dan huwa r-rispett lejn n-nies li għandu Bernard Grech? Persuna li qed taspira tkun Kap tal-Oppożizzjoni. Jew Bernard Grech lest jidħak bin-nies akkost ta’ kollox? Jew prova jaħrab mill-ġurnalisti ħabba n-nuqqasijiet tiegħu fil-ħlas tat-taxxa u VAT?”

Ma kontx se ngħidha din b’ rispett lejn il-familja tiegħi. Ilni gimgħatejn ġewwa, naħdem mid-dar fejn kelli nħassar…

Posted by Silvio Schembri on Friday, September 25, 2020

“Xokkanti” – Michael Farrugia

Il-Ministru għall-Enerġija Michael Farrugia stqarr li l-aħbar li Grech ma żammx mal-kwarantina bħala xokkanti. “Li l-avukat Bernard Grech ikollu kuntatt ma’ persuni, jista jkun riskju bla bzonn ghal ma min jista jiltaqa.”

“Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 hi delikata u kulhadd ghandu responsabbilta’ li jara li ma jitrasmettix il-virus. Inhossni xxokjat ghax persuna fid-dipartiment li responsabbli minnu jien u li ħarget pożittiva, u minkejja li kienu għaddew aktar minn 48 siegħa minn meta kont ħdejh xorta nħargitli l-ittra ta’ kwarantina mandatorja għal ħmistax,” qal Farrugia.

2 weights 2 measures!Qatt ma kienet l-intenzjoni tieghi li nidhol pubblikament f'affarijiet purament medici, imma…

Posted by Michael Farrugia on Friday, September 25, 2020

Bdiet kampanja kordinata mill-Partit Laburista – Bernard Grech

Grech stqarr li jidher li bdiet kampanja ko-ordinata oħra mill-Partit Laburista biex jitfgħu dubju dwari.

Jidher li bdiet kampanja ko-ordinata oħra mill-Partit Laburista biex jitfgħu dubju dwari.Jien QATT ma tpoġġejt taħt…

Posted by Bernard Grech on Friday, September 25, 2020

“Jien QATT ma tpoġġejt taħt kwarantina mandatorja mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.Minkejja dan, b’kawtela, u fl-interess tas-saħħa pubblika, jien iżolajt ruħi b’mod volontarju sakemm ħarġuli żewġ tests negattivi fit-23 u fil-25 ta’ Settembru. Anke t-tfal rriżultaw negattivi għat-test li għamlu tal-Covid. Tul dan il-proċess jien segwejt il-pariri tal-professjonisti mediċi li qed jassistuni u li rrid nirringrazzjahom tal-professjonalità tagħhom. Dawn huma l-fatti, li diġà stqarrejt pubblikament, ħasra li hawn min għandu l-interess li jgħawwiġhom,” qal Grech.