Filmat: “Ħafna nies talbuna l-għajnuna” – Ekklesia Sisters

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, Ekklesia Sisters jgħidu li rċivew numru kbir ta’ messaġġi privati permezz ta’ Facebook anke minn nies li ilhom żmien twil ‘l bogħod minn Alla u l-Knisja.
Jgħidu li l-festival kien mezz ta’ Evanġelizazzjoni u huma qegħdin hemm għan-nies u lesti biex jagħtu kull għajnuna.
George Cremona jitkellem mas-sitt sorijiet li lbierah kienu mal-finalisti l-oħra tal-Malta Eurovision Song Contest.
Jgħidu jekk il-festival kellux impatt fir-relazzjoni tagħhom man-nies.
Is-sorijiet jgħidu li sabu appoġġ kbir minkejja li l-komunitajiet tagħhom huma żgħar u hemm diversi tfal x’jieħdu ħsieb.
Ekklesia Sisters jgħidu li l-esperjenza tal-Malta Eurovision Song Contest nisġet għaqda kbira u koperazzjoni bejn is-sorijiet kollha.
Is-sorijiet jgħidu wkoll kif ħassewhom it-tfal meta saru jafu li s-sorijiet se jieħdu sehem f’dan il-festival.