Kwalità tajba tal-ilma fis-87 post tal-għawm f’Malta

Skont rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Malta kisbet it-tieni post fil-klassifika tal-aktar postijiet tajbin għall-għawm bi kwalità ta’ ilma tajjeb. 
Dan ir-rapport jagħti ħarsa lejn il-kampjuni tal-ilma miġbura fl-2017 u li permezz tagħhom tiġi eżaminata l-kwalità tal-ilma.
F’Malta, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jiġbor kampjuni kull ġimgħa minn 87 sit għall-għawm imxerrda mal-gżejjer Maltin. 
Skont dan ir-rapport, Malta għandnh kwalità ta’ ilma baħar tajjeb f’86 minn 87 post għall-għawm. 
Fl-ewwel post tal-klassifika Ewropea hemm il-Lussemburgu b’total ta’ 12-il sit għall-għawm.