Kwalità ta’ arja fqira waqt l-Australian Open

Waħda mill-plejers tat-tennis kellha tirtira f’nofs logħba mill-Australian Open wara li ma setgħatx tieqaf tisol minħabba l-kwalità fqira tal-arja. Dan hu kollu kaġun tan-nar li ħakem lill-Awstralja.

L-atleta Slovakka Dalila Jakupovic kellha tingħata l-għajnuna biex toħroġ mill-court wara li kellha tieqaf f’nofs logħba. Hi kienet qed tikkompeti kontra l-Isvizzera Stefanie Vogele fl-ewwel rawnd ġewwa mmelbourne.

Waqt intervista Jakupovic qalet li kienet experjenza ħażina ħafna. Qalet li qatt qabel ma kienet esperjenzat xi ħaġa bħal dik.

L-organizzaturi qalu li l-kundizzjonijiet tal-arja kellhom jitjiebu iżda għalissa se jkunu qed jiġu mmonitorjati b’mod kostanti. Dwar id-deċiżjoni li jibqa’ għaddej il-logħob ta’ kwalifika, Jakupovic qalet li taħseb li mhux ġust. Hi stqarret li dan ma jagħmilx tajjeb għas-saħħa tal-atleti.