Kwalifikazzjoni bil-polza bejn il-Mali u l-Ginea

Dro ta’ 1-1 bejn il-Mali u l-Ginea poġġa liż-żewġ timijiet fit-tieni post, bl-istess ammonti ta’ punti u bl-istess differenza ta’ gowls.
Fl-ewwel taqsima ġew mgħottija żewġ penalties, Constant skurja wieħed minnhom wara kwarta logħob għall-Ginea.
Żewġ minuti wara Seydou Keita falla t-tieni penalti għall-Mali.
Fit-tieni taqsima l-Mali kienu determinati li jieħdu xi ħaġa minn din il-logħba u ġabu d-dro permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Modibo Maiga.
Il-logħba ntemmet 1-1 u għalhekk skont Artiklu 74 tar-regolamenti tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, għandha titella’ polza bejn il-Mali u l-Ginea għal min minnhom se jagħmilha għar-rawnd li jmiss.
Għal din il-polza se jkun hemm żewġ blalen, waħda għat-tieni u l-oħra għat-tielet post.
Ir-rappreżentanti taż-żewġ timijiet se jtellgħu l-ballun mill-pot u min itella l-ballun tat-tieni post, jgħaddi għall-kwarti tal-finali u jilgħab kontra l-Gana.
Din il-polza se ssir illum fl-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Malabo, fil-Ginea Ekwatorjali.
Intant fil-kwarti tal-finali, il-Kongo u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo se jilagħbu kontra xulxin.
It-Tuniżijia se jaffrontaw lill-Ginea Ekwatorjali u l-Kosta tal-Avorju kontra l-Alġerija.