Kustilji tal-majjal fil-forn immarinati

Ingredjenti

1 mgħarfa soy sauce

2 mgħaref żejt veġetali

1 mgħarfa Worcestershire sauce

kuċċarina meraq tal-lumi

2 mgħaref zokkor ismar

2 mgħaref ketchup

6 kustilji tal-majjal

Metodu

Saħħan il-forn għal 175˚Ċ (350˚F).

Ħallat flimkien f’bieqja s-soy sauce, iż-żejt veġetali, il-Worcestershire Sauce, il-meraq tal-lumi, iz-zokkor ismar u l-ketchup.

Poġġi l-kustilji tal-majjal f’dixx tal-forn u ferrex nofs it-taħlita fuqhom.

Sajjar fil-forn diġà msaħħan għal 30 minuta. Aqlibhom, ferrex fuqhom il-kumplament tat-taħlita u kompli sajjar għal 30 minuta oħra sakemm isir il-laħam.