Ingredjenti
4 kustilji tal-majjal
bżar u melħ
2 rjus tat-tewm, mgħaffġin
1 basla, mqattgħa
230g faqqiegħ frisk, slajsjat
1 bott soppa tal-faqqiegħ
Metodu
Roxx il-kustilji bil-bżar u l-melħ.
F’taġen kbir aqli ħafif il-kustilji.
Wara żid il-basal, it-tewm u l-faqqiegħ u sajjar għal minuta. Ferragħ fuq kollox is-soppa tal-faqqiegħ. Għatti t-taġen u sajjar fuq nar moderat għal 20-30 minuta sakemm tara li l-laħam ikun sar sewwa.
Jekk waqt is-sajran tara li jkun hemm bżonn ftit aktar ilma, żid ftit u ħawwad kollox.