Kustilji tal-ħaruf bil-ħaxix

Ingredjenti

2 bżariet, kulur li trid, bla żerriegħa u mqattgħa biċċiet kbar

1 patata kbira, imqaxxra u mqattgħa biċċiet kbar

2 qarabagħli, isslajsjati biċċiet kbar

1 basla, imqattgħa f’erbgħa

1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa

8 kustilji tal-majjal

ftit sagħtar, imqatta’

2 kuċċarini weraq tan-nagħniegħ, imqatta’

bżar iswed

Metodu

Saħħan il-forn 220˚Ċ/428˚F

Poġġi l-bżar, il-patata, il-qarabagħli u l-basla f’dixx tal-forn u roxx iż-żejt fuqhom. Ħawwar bil-bżar iswed u aħmi għal 25 minuta.

Neħħi kemm tista’ xaħam minn mal-kustilji tal-ħaruf, ħallat il-ħwawar flimkien u idlek il-laħam bihom.

Oħroġ il-ħaxix mill-forn, aqilbu u poġġih f’naħa tad-dixx. Poġġi l-kustilji fuq in-naħa l-oħra tad-dixx u aħmi għal 10 minuti.

Issa aqleb il-kustilji u sajjar għal 10 minuti oħra sakemm tara li l-laħam ikun sar tajjeb. Ħallat il-ħaxix mal-laħam u servi.