Kurżitajiet, anedotti u filmati dwar Mina

It-tieni programm minn Una Storia da Cantare li se jixxandar illejla fuq l-istazzjon Rai Uno fid-9.20pm se jkun dedikat lil Mina.

Ippreżentat minn Enrico Ruggeri u Bianca Guaccero, il-programm se jwassal l-istorja ta’ din il-kantanta permezz ta’ mistiedna li se jwasslu bosta kurżitajiet u anedotti kif ukoll filmati filwaqt li mil-lat mużikali se jitwasslu wħud mis-suċċessi ta’ Mina nterpretati mill-mistiedna fil-programm tal-lejla.

Fost il-kanzunetti li se jkunu qed jitwasslu hemm Tintarella di luna, Grande grande grande, Un anno d’amore, E se domani, Città vuota, Sono come tu mi vuoi kif ukoll is-silta Luna diamante li kiteb apposta għaliha Ivano Fossati.

Il-mistiedna li se jkunu qed jitkellmu dwar Mina, u anki li se jwasslu wħud mill-aqwa suċċessi tagħha huma Tosca, Stefano Bollani, Lucia Ocone, Gino Paoli e Danilo Rea, Francesco Renga, Nina Zilli, Simona Molinari, Le Vibrazioni, Irene Grandi, Marco Masini, Nicky Nicolai, Piero Pelù, Arisa, Federico Poggipollini, Mauro Coruzzi, Chiara Galiazzo, Mietta u Mondo Marcio.