Kurżità dwar il-plejer il-ġdid ta’ United – Harry Maguire

Id-difensu il-ġdid, Harry Maguire, li rnexxielhom jiksbu Manchester United għal somma rekord ta’ €92 miljun, seta faċilment isir xi accountant minflok plejer. Dan qalithu eks għalliema ta’ Maguire. Hu wera l-veru kapaċitajiet tiegħu bħala plejer ma’ Leicester City u hu wieħed mill-ismijiet popolari fit-tim Nazzjonali Ingliż. Iżda meta kien għadu student, kien jinqala’ ħafna fin-numri u l-matematika.

Maguire li għandu 26 sena kien jattendi l-iskola St Mary’s Catholic High School ġewwa Chesterfield, fejn kien jeċċella fl-istudji tiegħu. Il-viċi kap tal-iskola qalet li kien student ubbidjenti u kien jaħdem ħafna biex imur tajjeb fl-iskola. Il-viċi kap qalet li kien iġib marki ferm tajba u kienet temmen li kien  għad isir xi accountant, iżda fl-aħħar mill-aħħar spiċċa biex għażel il-karriera tal-futbol. Anka għal din il-karriera, Maguire ħadem għalih ħafna biex irnexxielu jasal sa fejn wasal.