Kurt Calleja jagħlaq sninu

Awguri lill-kantant Kurt Calleja li llum qed jiċċelebra għeluq il-31 sena tiegħu. Twieled bħal-lum il-5 ta’ Mejju tal-1989.

Kurt kien sar isem magħruf sew meta fl-2012 irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta This Is The Night.

Huwa beda jitħarreġ fil-vuċi fl-2005 għand Brian Cefai u sentejn wara kien beda jidher fuq it-televiżjoni u beda wkoll jitla’ wkoll Londra u sa sentejn wara kien qed jidher b’mod regolari fuq programmi televiżivi f’Malta bħal Don’t Stop Me Now u Vespri.

Fl-2010 iddebutta fuq livell nazzjonali permezz tad-dwett Waterfall ma’ priscilla Psaila waqt il-Malta Euro Song. Il-kanzunetta kienet ta’ Mark Debono u Rita Pace.

F’Ottubru tal-2010 kien rebaħ it-tielet edizzjoni tal-festival Orfeo fl-Italja, u minn hemm beda jidher f’avvenimenti oħar fil-Bulgarija, fis-Serbja, fil-Polonja u fl-Iżvezja fost pajjiżi oħra.

Fl-2011 ħa sehem mill-ġdid fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Over and Over li kklassifikat fit-tielet post.

L-opportunitajiet għal Kurt ma naqsux fosthom kien mistieden biex ikanta waqt festi għal għeluq snin l-ikbar ħabiba tal-Prinċipessa tal-Malaysia, kif ukoll biex ikun is-supporting act għall-kunċert ta’ Zucchero f’Malta.

Kurt kien ukoll jippreżenta l-programm Life&Style fuq l-istazzjon net.

Hu jiċċelebra għeluq sninu fl-istess jum ta’ Freddie Portelli.

Kurt Calleja & Freddie Portelli

Awguri Kurt!