Kurt Anthony tassew qiegħed f’Amici?

Kmieni lbieraħ bdew jiċċirkolaw xi ritratti meħudin fl-istudjos tal-Mediaset fejn isir il-programm popolari Amici.

Fost wieħed mir-ritratti stajna nilmħu lill-kantant Malti Kurt Anthony li deher liebes il-flokk uffiċjali tal-iskola ta’ Amici.

Il-preparamenti għad-19 il-edizzjoni ta’ Amici għaddejin ġmielhom u skont il-paġna uffiċjali ta’ Amici l-‘casting’ wasal fi tmiemu fl-aħħar fażijiet.

Tgħid Kurt Anthony ġie magħżul u għaliex ġie mlibbes dak il-flokk?

Mid-dehra l-vjaġġ tal-kantant Malti sejjer tajjeb ferm.

Eċitati ferm biex naraw fejn se jwassal dan il-vjaġġ għaż-żagħżugħ Malti!

AQRA: Tgħid se narawh f’Amici?