Kurt Anthony mhux wiċċ ġdid għal Malta, iżda bit-talent tiegħu qed jagħmel impatt ukoll barra minn xtutna. Min segwa X Factor Malta s-sena l-oħra żgur li ma jistax jinsa l-prestazzjoni b’saħħitha ta’ Kurt flimkien ma’ Matthew fiċ-‘Chair Challenge’, li wasslitu biex jikseb is-siġġu tal-ħolm.

Kurt ilu għal dawn l-aħħar 3 snin jitla’ jagħti prestazzjonijiet fit-toroq prestiġġjużi ta’ Londra b’mod speċjali Knightsbridge u Oxford Street. Fil-Milied li għadda kanta flimkien mal-Band The Americans quddiem eluf kbar ta’ spettaturi waqt Winter Wonderland f’Hyde Park. Il-filmat tistgħu tarawh hawn fuq f’din il-paġna.

Issa matul dan is-sajf mal-istess mużiċisti se jkun qed jagħti sehmu f’avveniment annwali mistenni minn ħafna, The British Beer Festival. Din is-sena ser jittella’ f’Olympia, Londra nhar is-7 ta’ Awwissu.
Persważi li ser jaqta’ figura tajba f’dan l-avveniment ta’ talenti u mużika bla waqfien!
Awguri Kurt Anthony!