“Kuritur aħdar minn Raħal Ġdid sax-Xgħajra” – Fearne

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru Chris Fearne ippropona proġett li jgħaqqad ż-żoni miftuħa li hemm fin-nofsinhar ta’ Malta biex jinħoloq kuritur aħdar minn Raħal Ġdid sax-Xgħajra, biex b’hekk ikun jista’ jitgawda kemm bil-mixi u kemm bir-roti.

Dan qalu waqt li kien qed jindirizza attività bħala parti mill-kampanja tat-tmexxija tal-Partit Laburista.

Fearne irrimarka li hemm bżonn li jingħata valur lill-ispazji ħodor miftuħa fl-ibliet u l-irħula. Spjega li ż-żoni li bħalissa huma abbandunati jridu jkunu żviluppati f’żoni li joffru nifs lill-familji tagħna.

Fearne qal li l-ambjent se jkun ta’ prijorità għalih u jrid jara li f’kull belt u raħal ta’ Malta jkun hemm spazji ħodor li jservu ta’ pulmun għar-residenti. Qal li jixtieq li dawn l-ispazji jintużaw sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom post fejn ikunu jistgħu jagħmlu eżerċizzju sportiv.