“Kuraġġ Pa”; Delia jirringrazzja lil tal-Emerġenza

Facebook - Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia rringrazzja lill-istaff tal-Emerġenza ta’ Mater Dei wara li dalgħodu assistew lil missieru.

Fuq Facebook Delia qal li m’għandux biżżejjed kliem biex jirringrazzja lill-istaff tad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-isptar Mater Dei.

Delia spjega li dalgħodu huma assistew lil missieru.

“Id-dedikazzjoni, kura u professjonalità li wrew huma xempju ta’ servizz lil pajjiżna. Grazzi mill-qalb,” qal Delia.

M’għandix biżżejjed kliem biex nirringrazzja lill-istaff kollu tad-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei li dalgħodu…

Posted by Adrian Delia on Thursday, January 30, 2020