“Kuraġġ lil dawk li għadhom qed ibatu” – Felix ifiq mill-coronavirus

Il-politiku u żeffien Felix Busuttil, li flimkien mar-raġel tiegħu Daron Busuttil, kien pożittiv għall-coronavirus ħabbar b’mod uffiċjali li issa fiqu mill-virus.

Fil-messaġġ tiegħu fil-jum tal-Ħadd Busuttil qal li issa r-riżultati ħarġu fin-negattiv.

“Nirringrazzja lil kulħadd tas-sapport kbir u l-awguri sinċieri. Erġajt skoprejt kemm għandi ħbieb ġenwini u sbieħ,” kiteb hu fil-messaġġ tiegħu.

Filwaqt li awgura mħabba lil kulħadd, Busuttil wassal messaġġ ta’ kuraġġ u sapport lil dawk kollha li għaddejjin mill-istess tbatija minħabba dan il-virus.

“Flimkien negħlbu kull għajb. Issa nista’ nifhem lil kulħadd aktar u nkun qribkom aktar. Kuraġġ kbir. Kollox jgħaddi,” temm jgħid Busuttil.