Kuraġġ Karmen!

Permezz tal-midja soċjali l-attur Mario Micallef wassal messaġġ mill-attriċi ta’ 86 sena Karmen Azzopardi li kienet tinsab l-isptar tistenna biex għada ssirilha operazzjoni. Fl-ewwel appell tiegħu Mario Micallef appella biex in-nies jitolbu għaliha iżda aktar tard, f’messaġġ ieħro, Mario Micallef ħabbar li Karmen Azzopardi ntbagħtet id-dar minħabba li l-operazzjoni li kellha tagħmel għada, tħassret wara li l-professuri Maltin ħadu parir minn barra minn Malta.

“L-operazzjoni kienet sa tkun waħda riskjuża u perikoluża ħafna. Għalhekk, id-deċiżjoni li ħadu kienet li ma jidħlux għal dan ir-riskju,” kompla jikteb Mario Micallef.

Ritratt: Facebook/MarioMicallef

Inċidentalment nhar il-Ħamis fil-11.30pm, l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315, se jkun qed juri l-episodju Il-Barunessa mis-sensiela Aenigma li fih jidhru kemm Mario Micallef kif ukoll Karmen Azzopardi.