“Kuraġġ ħbieb” – Jean Pierre Debono

Jean Pierre Debono, li ntgħażel biex jieħu post David Stellini fil-Parlament iżda li issa nqalgħet kontroversja sħiħa dwar l-affidabbiltà tas-siġġu tiegħu, qawwa qalb is-segwaċi tiegħu, u kiteb “Kuraġġ ħbieb.”

Dan kitbu fuq Facebook fejn żied jgħid li aktar ma tkun għolja u wieqfa l-muntanja, iżjed ikun kbir il-kuraġġ.

KURAGG HBIEB… aktar ma tkun gholja u wieqfa l-muntanja akbar l-kuragg biex nitilghuha FLIMKIEN! Mill-gdid KURAGG.

Posted by Jean Pierre Debono on Monday, June 3, 2019

Illum, Jean Pierre Debono informa lil Adrian Delia li mhux se jieħu l-ġurament bħala Membru Parlamentari biex jimla l-post ta’ David Stellini, li rriżenja wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.