Kura Mentali: 2 minn kull 3 pazjenti huma rġiel

66% tal-pazjenti fil-kura mentali, jiġifieri tnejn minn kull tlieta huma rġiel.
Dan joħroġ minn rapport ta’ 160 paġna, fejn l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jippreżenta l-qagħda attwali tas-servizzi relatati mal-kura mentali filwaqt li jagħti proposti biex dawn is-servizzi jitjiebu u l-pazjenti jkollhom aktar għajnuna ta’ kwalità.
L-istess rapport juri kif kwart tal-pazjenti huma barranin filwaqt li 70% mhumiex miżżewġa jew f’relazzjoni.
Mir-rapport joħroġ ukoll li 88% tal-pazjenti jgħidu li jħossuhom trattati b’rispett u dinjità iżda mhux l-istess jista’ jingħad għall-ambjent tas-swali.
Fl-istess rapport, il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali qal li d-dedikazzjoni tal-infermiera, ma tistax ipattu għan-nuqqas ta' investiment fl-ambjent fiżiku tal-faċilitajiet ta’ kura.