​“Kunu kelb tal-għassa u mhux kelb tal-but” – Leo Brincat

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal lill-ħaddiema tal-Awtorità l-ġdida għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li jridu jkunu kelb tal-għassa u mhux kelb tal-but.
Meta għall-ewwel darba laqqa’ lill-bord tal-awtorità u lid-direttur il-ġdid tal-ambjent f’Hexagon House, il-Ministru qal li jinsab persważ li se juru dedikazzjoni sħiħa għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiż.
Leo Brincat saħaq li għandhom jaraw li jitfasslu policies bis-sens, waqt li jiżguraw li l-isfidi li għandu l-pajjiż jiġu ffaċċjati kif jixraq.
Temm jgħid li konvint li l-ERA mhux se tħares lejn uċuh fid-deċiżjonijiet li tieħu.
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O'Neill