Kuntratt imminenti ġdid għal Luke Shaw

ManchesterUnited, li s’issa għandhom rekord perfett fil-kampjonat fejn rebħu l-ewwel tliet logħbiet, lesti jagħtu kuntratt ġdid lill-plejer tagħhom Luke Shaw.
L-Ingliż ta’ 22 sena ftit qed isib postu mal-ewwel 11 ta’ Jose Mourinho, madankollu r-Red Devils xorta interessati li jżommu lil dan il-plejer li jiswa madwar €27 miljun.
Shaw ilu kważi erba’ snin mal-United għalkemm lagħab biss 32 partita magħhom.