Kuntistabbli tal-Pulizija aggredit minn sewwieq

Kuntistabbli tal-Pulizija ġie ċċertifikat li sofra minn xi ġrieħi meta ġie aggrediet waqt li kien fuq xogħol.  Il-kaz seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa.
Jirrizulta li żewġ Pulizija kienu fuq patrol fix-Xatt ta' Tigne', f'Tas-Sliema meta nnutaw sewwieq li kien qed isuq vettura b'mod perikoluż. 
Is-sewwieq twaqqaf għas-sigurta’ tiegħu u ta’ sewwieqa oħra. Ir-raġel kien aggressiv u intalbet aktar assistenza min-naħa tal-Għassa ta' Tas-Sliema.
Ir-raġel ġie mitlub sabiex jagħmel test tal-breathelyser iżda dan irrifjuta.  Meta twaqqaf milli jkompli jsuq, ir-raġel beda jagħjjar lis-Surġent bi kliem dispreġġjattiv. 
Hu ġie arrestat u hekk kif il-Pulizija kienet qed takkumpanjaħ fuq wara tal-vettura tal-Korp huwa prova jiftaħ il-bieba sabiex joħroġ u beda jagħti bis-sieq lix-xufier u jħabbat rasu mal-ħġieġ tal-vettura.
Ir-raġel kompla bl-għaġir tiegħu u anka gidem lil wieħed mill-Kuntistabbli.
Ir-raġel qed jiġi miżmum għall-aktar stħarriġ.
Membri mir-Rapid Intervention Unit kif ukoll dawk tas-Sezzjoni tat-Traffic kienu fuq il-post sabiex jassistu lill-kollegi tagħhom.
Intant, l-Aġent Kummissarju, Raymond Zammit, stqarr li mhuwiex ser jittolera aktar vjolenza kontra l-Pulizija waqt il-qadi ta' dmierijithom. 

Ritratt: The Malta Police Force