Kuntistabbli l-isptar b’inċident bil-mutur

Read in English.

Kuntistabbli tal-Pulizija ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll tal-mutur u weġġa’ gravi f’Ħal Far. Huwa għandu 33 sena.

L-inċident seħħ waranofsinhar għall-ħabta tas-1.40pm.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li tal-RIU marru jassistu lill-Pulizija tad-Distrett fuq spezzjonijiet rigward kontravenzjonijiet fiż-Żona Industrijali.

Hu ttieħed l-isptar għal kura b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.