Kuntistabbli jweġġa’ hu u sejjer jgħin f’inċident

Kuntistabbli tal-pulizija weġġa' ħafif meta kien involut f'inċident tat-traffiku.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-pulizija kien fi triqtu biex jgħin f'inċident meta l-vettura tas-servizz ħabtet ma' karozza tal-linja.
Jidher li mal-ħabta l-karozza tal-pulizija dahret u baqgħet dieħla fil-bankina.
Il-pulizija ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi ħfief.