Kuntistabbli beda l-jum tiegħu b’dfferenza dalgħodu meta ra persuna li taha ħass ħażin fit-triq u waqaf biex jgħinha.
Il-Korp tal-Pulizija xerred messaġġ fuq Facebook li rċieva mingħand persuna tirringrazzja lil Kuntistabbli 916 tal-għajnuna tiegħu.
Kien għall-ħabta tas-6am li kien hemm persuna li taha ħass ħażin fit-triq għax niżlilha l-livell taz-zokkor. L-uffiċjal tal-pulizija waqaf biex jgħin meta kien fi triqtu għax-xogħol fl-għassa taż-Żejtun.
Il-persuna rringrazzjatu għax għalkemm kien għadu ma marx jirrapporta għax-xogħol, baqa’ mal-familja sakemm il-persuna li ħassha ħażin ġiet f’sikkitha.
Storja oħra ta’ pulizija b’qalb tajba
Filmat: Pulizija jsalva l-ħajja ta’ tifla ta’ sentejn li kienet qed tifga