Kuntistabbli barra l-ħin tax-xogħol iwaqqaf ġlieda b’sikkina bejn żewġ anzjani

Pulizija li ma kienx xogħol waqqaf ġlieda bejn żewġ anzjani, ilbieraħ filgħaxija, fejn anke kien hemm involuta arma.
L-inċident seħħ f’Ta’ Xbiex għall-ħabta tas-7.00pm meta waqt argument, raġel ta’ 68 sena ħareġ sikkina għal raġel ieħor ta’ 65 sena.
Il-Pulizija, fi stqarrija, qalet li f’dan il-ħin, Kuntistabbli li dak il-ħin ma kienx xogħol, mar fuq ir-raġel tas-sikkina u ħadhielu minn idu u pprova jikkalma l-argument sakemm waslu l-pulizija.
Iż-żewġ anzjani nvoluti huma mill-Imsida.