Read in English.
Mark Anthony Sammut, kunsillier il-Gudja, ta d-dħul tiegħu bħala kunsillier ta’ Marzu u t’April lill-Fondazzjoni Foodbank Lifeline.
Fuq Facebook, Sammut kiteb li dal-aħħar ġranet sar konxju tal-bosta nies li ntlaqtu ħażin mill-effetti tal-coronavirus fuq l-ekonomija, peress li ħafna tilfu xogħolhom u oħrajn għalqu n-negozju tagħhom.
Għalhekk iddeċieda li jgħaddi d-dħul tiegħu bħala kunsillier tal-Gudja ta’ Marzu u April, u tax-xhur li ġejjin li fihom Malta tkun għadha f’dis-sitwazzjoni lill-Fondazzjoni Foodbank Lifeline.
Huwa appella biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu biex jgħin.
Aktar tagħrif dwar il-Foodbank
Foodbank: L-aktar li jfittxu s-servizz huma Maltin
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.