Kunsillier ġdid għas-Siġġiewi, il-Mosta, il-Mellieħa u Birżebbuġa

Dalgħodu saru l-elezzjonijiet każwali f’erba’ lokalitajiet fejn ġew eletti erba’ kunsilliera ġodda għas-Siġġiewi, il-Mellieħa, il-Mosta u Birżebbuġa.
Mark Anthony Vassallo ġie elett f’isem il-Partit Nazzjonalista bħala kunsillier tas-Siġġiewi. Dan wara li r-riżenja tas-Sindku Karol Aquilina li ġie elett fil-Parlament.
Fil-Mellieħa kien elett Joseph Azzopardi f’isem il-Partit Laburista. Hu se jkun qed jieħu post Clayton Bartolo li fl-aħħar elezzjonjiet każwali ġie elett fil-Parlament.
Jesmond Gauci se jkun qed jieħu post Ivan Bartolo fil-kunsill lokali tal-Mosta. Dan ukoll irreżenja għax sar Deputat Parlamentati.
Fl-aħħar nett, Johann Borg ġie elett minflok id-Deputat Hermann Schiavone fil-kunsill lokali ta’ Birżebbuġa f’isem il-Partit Nazzjonalista. 

Ritratt: Ian Noel Pace