Kunsillier ġdid għal Ħal Qormi u ieħor għall-Mosta

Illum saru l-elezzjonijiet każwali għal kunsillier lokali f’żewġ lokalitajiet.
Daniel Borg ġie elett kunsillier ta’ Ħal Qormi f’isem il-Partit Laburista.
Hu se jkun qed jieħu post Rosianne Cutajar, l-eks Sindku, li ġiet eletta fil-Parlament.
Wara r-riżenja ta’ Alexander Muscat mill-Kunsill lokali tal-Mosta, fl-elezzjoni każwali tal-lum ġie elett Christian Borg f’isem il-Partit Laburista.