Kunsilli Lokali: Il-PL warrab il-wegħdi tiegħu stess – PN

PN

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li ftit ġimgħat ilu l-Partit Laburista warrab il-wegħdi tiegħu stess dwar il-Kunsilli Lokali.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, il-Kelliem għall-Kunsilli Lokali Robert Cutajar u l-President tal-Kulleġġ Kunsillieri Pierre Portelli saħqu li din hi u-turn li tikkonferma li l-Kunsilli Lokali mhumiex “is-super favoriti tal-Gvern”.

David Agius qal li l-Partit  Laburista, li kontinwament fl-istqarrija ssejjaħ bħala l-Partit Soċjalista, bena ħafna aspettativa għall-manifest tiegħu. Żied jgħid li minflok spiċċa ppropona muntanja li welldet ġurdien.

Min-naħa tiegħu Cutajar ta lista tal-proposti tal-Oppożizzjoni li fi kliemu l-Gvern ftit ilu ma aċċettax u issa għamel u-turn biex jinkludihom f’manifest. Elenka wkoll inizjattivi li kienu diġà jeżisti u li tneħħew mill-Gvern Soċjalista:

Pierre Portelli qal li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fil-prinċipju tas-sussidjarjetà u bil-programmi elettorali għal kull lokalità f’Malta u f’Għawdex qed ikun pożittiv u proattiv. Huwa qal li dawn il-manifesti elettorali jinkludu aktar minn 2,000 prosposta.

Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti wkoll il-kandidata għall-elezzjoni lokali fin-Naxxar Mary Anne Cuomo u l-kandidata għall-elezzjoni lokali fl-Iklin Yvonne Bartolo.